Statut
Socjeta' Storiko Kulturali Vittoriosa
www.vittoriosahistorica.org/statut.html
I Isem
Is-Socjeta’ ggib l-isem ta’ Socjeta’ Storiko-Kulturali, Vittoriosa
II Ghan
1. L-ghan ewlieni tas-Socjeta’ ghandu jkun il-harsien tal-postijiet storici, monumenti u kull patrimonju artistiku, storiku u tradizzjonali tal-Belt Vittoriosa.
2. Ix-xoghol kollu tas-Socjeta’ ghandu jkun imqieghed biss fuq dan l-iskop u l-Kumitat ghandu jwarrab interessi partiggjani ta’ kull xorta.
3. Is-Socjeta’ hija entita’ volontarja u mhux bi skop ta’ qliegh kif definit fl-Att Dwar l-Organizazzjonijiet Volontarji (Kapitlu 492 tal-Ligi ta’ Malta).
4. L-indirizz tas-Socjeta’ huwa: Dar it-Tmienja ta’ Settembru, Pjazza Vittoriosa, Vittoriosa.
III Kumitat
1. Is-Socjeta’ tistieden bhala Patrun taghha lil Ministru li tahtu jaqghu l-postijiet u l-patrimonju msemmija fit-taqsima II u jkollha bhala President Onorarju lill-Arcipriet tal-Belt Vittoriosa
2. Is-Socjeta’ tistieden lil dawk il-Membri Parlamentari li twieldu fil-Belt Vittoriosa li jkunu Membri Onorarji tas-Socjeta’.
3. Ix-xoghol tas-Socjeta’ jitmexxa minn Kumitat li jkun maghmul hekk: President, Vici President, Segretarju, Tezorier, u hames Membri ohra. Tnejn minn dawn il-Membri jistghu jigu maghzula mill-Kumitat stess bhala Assistent Segretarju u Assistent Tezorier.
4.
Jekk xi Membru tal-Kumitat
ma jkomplix, in-nuqqas jitpatta billi jigi msejjah u jekk jaccetta jinhatar
dak il-Membru tas-Socjeta’ li, ghalkemm ma telaghx fil-Kumitat, ikun jidher bl-akbar
numru ta’ voti fir-rizultat ta’ l-ahhar elezzjoni. Jekk ma jkunx hemm
5. Jekk xi Membru tal-Kumitat ma jattendix laqghat tal-Kumitat ghal tliet darbiet konsekuttivi minghajr gustifikazzjoni huwa jkun maghdud li m’ ghadux aktar interessat li jibqa’ Membru tal-Kumitat u dan in-nuqqas jimtela’ bl-istess procedura mfissra fit-taqsima III paragrafu 4.
6. Il-Kumitat ghandu jiltaqa’ kull meta tinhass il-htiega.
7. Kull laqgha tigi msejjha mis-Segretarju bi ftehim mal-President.
8.
Quorum ghal
laqgha tal-Kumitat ghandu jkun ta’ hames Membri li fosthom irid ikun
hemm il-President, jew il-Vici
President jew is-Segretarju. Meta ma jintlahaqx dan
9. Fi tmiem kull laqgha kull Membru jista’ jqanqal kull kwestjoni li ma tidhirx fuq l-agenda.
10. Il-Kumitat jigi elett kull sentejn fil-laqgha generali li ssir skond it-taqsima V. Quorum ghal laqgha generali li fiha jkun ser jigi elett il-Kumitat ghandu jkun ta’ tletin Membru. Jekk dan il-quorum ma jintlaqahx il-laqgha generali tibda hmistax il-minuta wara l-hin avzat.
11. Il-procedura biex jigi elett il-Kumitat ghandha tkun kif inhu gej: il-President jigi nominat u issekondat, u naturalment jista’ jkun hemm aktar minn nomina wahda, u mbaghad mghoddi ghal voti tal-Membri prezenti; ghal bqija tat-tmien Membri l-ohra tal-Kumitat, il-Membri tas-Socjeta’ jkunu mitluba, sew qabel kif ukoll waqt il-laqgha, jghidu jekk jixtiequx johorgu ghall-elezzjoni u l-Membri prezenti jivvutaw ghal dawk li jwiegbu fl-affermattiv. Il-Membri li jkollhom dritt ghall-vot huma dawk li jkollhom il-hlas tas-shubija mhallas.
12. Il-Vici President, is-Segretarju u t-Tezorier ghandhom jigu maghzula fl-ewwel laqgha tal-Kumitat wara l-elezzjoni.
13. Jekk iz-zewg fundaturi tas-Socjeta, is-sur Francis S. Mallia u s-sur Lorenzo A. Zahra, ma jigux eletti fil-Kumitat waqt l-elezzjoni fil-laqgha generali huma jigu mahtura Membri Onorarji fil-Kumitat.
IV Membri
1.
Dawk kollha li jinteressaw
ruhhom
2. Zghazagh that it-tmintax il-sena li jinteressaw ruhhom mill-kultura storika tal-Belt Vittoriosa jistghu jkunu Membri izda ma jkollhomx dritt ghal vot fl-elezzjoni tal-Kumitat.
3. Is-Socjeta’ tista’ taghmel ferghat differenti b’sotto-kumitati biex tkabbar il-hidma taghha. F’dawn is-sotto-kumitati ghandu jkun hemm ghall-anqas Membru tal-Kumitat.
4. Is-Segretarju ghandu jzomm registru bl-ismijiet tal-Membri kif ukoll inventarju u ghandu jaghti taghrif dwar dawn lill-Kumitat meta jigi mitlub.
5. Il-Membri godda jridu jigu approvati mill-Kumitat.
6. Is-Segretarju ghandu jzomm ktieb tal-minuti dwar kull laqgha tal-Kumitat u kull laqgha generali.
7.
It-Tezorier
ghandu jzomm taghrif dwar il-finanzi
tas-Socjeta’ u fil-laqgha generali jipprezenta rapport finanzjarju li jrid ikun iffirmat
V Laqgha Generali
1. Kull sena ghandha ssir il-laqgha generali li fiha jistghu jiehdu sehem il-membri kollha tas-Socjeta’ u wkoll dawk li jkunu jridu jsiru Membri. F’din il-laqgha s-Segretarju ghandu jippresenta rapport fuq il-hidma tal-Kumitat.
2. Jistghu jissejjhu laqghat generali straordinarji meta l-Kumitat jidhirlu li hemm il-htiega.
3. Il-votazzjoni f’dawn il-laqghat generali ghandha dejjem tkun sigrieta.
4. Jekk f’xi laqgha generali l-voti favur jew kontra xi emenda ghall-istatut jew mozzjoni jkunu ugwali, il-President ikollu l-casting vote.
VI Hidma
1. Il-Kumitat ghandu jaghmel hidma kulturali u socjali li tista’ twasslu ghall-iskop tas-Socjeta’ u ghal dawn l-attivitajiet jista’ jkun mistieden jiehu sehem kull min fost il-pubbliku jinteressa ruhu.
2. Hu projbit li ssir xi attivita’ jew xi dispozizzjoni ta’ dhul jew beni li jappartjienu lis-Socjeta b’risq xi Membru jew Benefattur.
VII Finanzi
1. Kull Membru tas-Socjeta’ ghandu jhallas shubija kull sena lit-Tezorier. Membri koppji jhallsu rata ridotta. Ir-rati tas-shubija jkunu determinati fil-laqgha generali u jinbidlu meta jkun hemm htiega. Membri zghazagh taht it-tmintax il-sena jkunu bla hlas.
2. Il-flus hekk migbura jservu ghall-amministrazzjoni u hwejjeg ohra essenzjali ghall-hajja tas-Socjeta’ u jintuzaw eskluzivament biex jintlahaq l-ghan tas-Socjeta’.
3. It-Tezorier jista’ jaccetta offerti ta’ flus ohra minbarra l-hlas tas-shubija
4. Kull infieq mill-fondi tas-Socjeta’ irid ikun approvat mill-Kumitat. Kemm it-Tezorier kif ukoll l-Assistent Tezorier ikollhom il-fakolta’ li jkunu firmatarji individwalment u separatament fit-tmexxija tal-finanzi tas-Socjeta’.
5. Fil-kaz li s-Socjeta’ tigi biex ixxolji skond dan l-istatut, il-Kumitat ghandu jiddeciedi kif l-ahjar jiddisponi mill-fondi u hwejjeg ohra li s-Socjeta’ jista’ jkollha f’dak il-mument lil organizzazzjoni volontarja ohra u li ma taghmilx profit. Il-Kumitat ikollu wkoll id-dmir li jara li d-decizjoni tieghu tkun tirrigwarda skop kulturali li minnu tgawdi l-Belt Vittoriosa. Ghal dan il-ghan, il-preferenza tal-Kumitat ghanda tkun li tibbenefika l-Parrocca ghall-uzu eskluziv tal-Muzew tal-Parrocca biex isir restawr li jkun mehtieg fil-mument. Id-dokumenti tas-Socjeta’ jinghataw lill-Arkivju Nazzjonali.
VIII Emendi
1. L-istatut jista’ jigi emendat biss b’decizjoni tal-laqgha generali.
2. Kopja tal-proposti ghall-emendi fl-istatut jintbaghtu lill-Membri mill-inqas sa gimgha qabel il-laqgha generali.
Dan l-istatut kif ipprezentat hawn fuq jinkludi fih l-emendi li saru minn meta twaqqfet is-Socjeta’ Storiko-Kulturali, Vittoriosa fl-1954, sal-Laqgha Generali Annwali mizmuma fit-18 ta’ Jannar 2015.
Lorenzo A. Zahra
Segretarju